Fil-Għoli Nerfgħek Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara hija għaqda volontarja bl-għan prinċipali li sservi ta’ pjattaforma għal inizjattivi immirati lejn aktar għarfien tar-raħal tal-Kalkara u twettiq ta’ proġetti immirati għall-komunità.
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha l-bidu tagħha fis-sena 2017 u hija għaqda volontarja, awtonoma u mhix imwaqqfa għal skop ta’ profitt. Uħud mill-għanjiet tagħha jinkludu:
a. Il-ħarsien u t-tisħiħ tal-identità soċjali, kulturali, artistika, arkitettonika, reliġjuża u tradizzjonali tal-Kalkara u dan billi twassal għarfien b’mod lokali, nazzjonali u anki internazzjonali permezz ta’ metodi differenti.
b. Attivitajiet immirati għall-pubbliku b’għan edukattiv.
ċ. Immaniġjar u finanzjament ta’ proġetti ta’ tisbieħ fl-imkejjen u fil-binjiet ta’ natura pubblika fil-Kalkara liema proġetti jinkludu inizjattivi ġodda u restawr ta’ affarijiet eżistenti.
L-Aħħar Aħbar
Il-Forti Salvatur fil-Kalkara: Wirt Nazzjonali fix-Xifer tal-Qerda
Stqarrija għall-Istampa mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara
Data: 14.01.2026
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed terġa’ ġġedded l-appell urġenti tagħha biex jittieħdu passi deċiżivi ħalli jiġi mħares il-Forti Salvatur fil-Kalkara, binja importanti mill-wirt storiku Malti li bħalissa qed taffaċja deterjorazzjoni u qerda kontinwa. Filwaqt li nirrikonoxxu li l-forti jinsab mixtri mill-privat, l-istat attwali tiegħu jitlob intervent immedjat u kkoordinat mill-Gvern... agħfas biex taqra izjed
Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara Facebook Posts
3 weeks ago
1 month ago
2 months ago

Fil-Għoli Nerfgħek Kalkara
